Verzjoni bil-Malti:
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat Citta’ Victoria, jixtieq jinforma lill-komunita’ in ġenerali li qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Kunsill u lanqas qatt ġiet diskussa f’laqgħa tal-Kunsill illi Triq ir-Repubblika minn salib it-toroq sa Pjazza Savina għandha tiġi żona pedonali. Il-Kunsill jinforma wkoll li qatt ma saret talba mill-Kunsill tar-Rabat f’dan ir-rigward lil xi awtorita’ kompetenti.
Filwaqt li l-Kunsill Lokali fil-prinċipju huwa favur il-ħolqien ta’ iktar żoni pedonali f’Għawdex jemmen illi jekk il-parti ta’ fuq tat-Tiġrija u Pjazza Savina jingħalqu għat-traffiku iservi ta’ detriment u mhux ġid għall-komunita’.
Għalhekk il-Kunsill qed jafferma l-posizzjoni tiegħu illi huwa kontra li t-toroq imsemmija jingħalqu għat-traffiku.
Il-Kunsill iċċekja wkoll mal-Ministeru għal Għawdex u ma’ Transport Malta fejn ikkonfermaw li m’hemmx talbiet quddiemhom f’dan is- sens.
English Version:
The Rabat Citta’ Victoria Local Council would like to inform the general public that it was never its intention or was it ever discussed in council that the upper part of Republic Street from cross roads to Savina Square be pedestrianised. The Council has never submitted any request to any competent authority to this effect.
While the Council is in principle in favour of more pedestrian zones in Gozo, the Council believes that if the upper part of Republic Street and Savina Square are closed for traffic, the negative effects will outweigh the positive ones.
Thereby the Council would like to affirm its position against the closure of the above mentioned streets for traffic.
The Council has also checked with the Ministry for Gozo and Transport Malta and they both confirmed that they have recieved no requests to this effect.

