Din is-sena il-Kunsill Lokali tar-Rabat ser ifakkar l-125 sena minn meta ċ-Ċittadella u r-Rabat ingħataw l-istatus ta’ Belt Victoria. Għal dan il-għan, il-Kunsill ser iħejji diversi attiviatjiet sabiex ifakkru dinjitożament dan il-pass importatni għalina.
Is-Sindku Dr Samuel Azzopardi LL.D flimkien mal-Kunsilliera għandhom il-pjaċir jistieden lir-residenti Rabtin kollha għall-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali għaċ-ċelebrazzjonijiet marbuta ma’ l-Anniversarju tal-125 sena bħala Belt Victoria. L-attivitajiet huma dawn:-
L-Erbgħa, 6 ta’ Ġunju 2012
Kunċert inawgurali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 sena bħala Belt u
l-15-il edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival
bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor Laudate Pueri.
Dan il-kunċert jibda fit-8.00pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, Pjazza San Ġorġ.
Il-Ħamis, 7 ta’ Ġunju 2012
Għoti ta’ l-onorifiċenza Ġieħ il-Belt Victoria lill-missjunarji mill-Belt Victoria.
Iċ-ċerimonja tibda fis-7.30pm fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex fi Triq il-Vajrinġa.
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Ġunju 2012
Il-BELT VICTORIA – mija u ħamsa għoxrin sena belt – mid-depożiti fl-Arkivju Nazzjonali
Din il-wirja ser tiġi inawgurata fl-10.00am fl-Arkivji Nazzjonali ta’Għawdex fi Triq il-Vajrinġa.
Stella u Leone – musical oriġinali fuq kitba tal-poetessa Għawdxija Mary Mejlak
Imtella’ mill-Gozo Creative Theatre Club bil-kollaborazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Kultura fil-Ministeru Għal Għawdex
Dan il-musical jibda fit-8.00pm fil-
Ġnien Villa Rundle fi Triq ir-Repubblika
Is-Sibt, 9 ta’ Ġunju 2012
Leone Goes Pop – kunċert imtella bil-kollaborazzjoni tal-Banda Ċittadina Leone
Dan il-kunċert jibda fid-9.00pm fi Pjazza Indipendenza.
JUM IL-BELT VICTORIA
Il-Ħadd, 10 ta’ Ġunju 2012
Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella
Dan il-marċ jibda fl-10:00am minn Triq ir-Repubblika madwar it-toroq ewlenin tal-Belt Victoria.
Pontifikal ta’ l-okkażjoni bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis
Din il-konċelebrazzjoni tibda fis-6:00pm fil-Katidral ta’ Għawdex, Pjazza Katidral, Ċittadella.
Kunċert ta’ Jum il-Belt Victoria bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali
u bis-sehem tal-Chorus Urbanus
Dan il-kunċert jibda fit-8:00pm fi Pjazza Indipendenza.
Il-Ħadd, 24 ta’ Ġunju 2012
Football tournament bejn il-klabbs tal-Belt Victoria in memoria ta’ Dun Joe Galea.
It-Tlieta, 26 ta’ Gunju 2012
Tnedija tal-ktieb Victoria – A Portrait of a City
It-tnedija tibda fis-7:30pm fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex fi Triq il-Vajrinġa.
