|



18-11-2009
Christmas Village fir-Rabat
|
|
Għall-ewwel darba, l-Kunsill Lokali tar-Rabat ser jorganizza Christmas Village fi Pjazza San Ġorġ fuq medda ta’ 8 t’ijiem. Dan ser isir mit-22 sad-29 ta’ Novembru 2009. F’dan il-Christmas Village ser ikun hemm huts li jbiegħu affarijiet relatati mal-Milied, fosthom artiġjanat, `ikulata, kejkijiet, fjuri u dekorazzjonijiet tal-Milied. L-iskop ta’ dan il-Christmas Village hu li tinħoloq atmosfera ta’ villaġġ tal-Milied fejn wieħed ikun jista’ jara, jixtri u anke’ jiekol affarijiet tipi`I li għandhom x’jaqsmu mal-Milied. L-atmosfera li ser tinħoloq hi tipika ta’ dik li nsibu fl-ibliet Ġermani\i u Awstrija`I fejn isiru dawn il-Christmas Markets. Korijiet ikantaw carols tal-Milied, banda u l-clarinet quartet ser janimaw fil-għaxijiet. It-tfal jkunu jistgħu jieħdu ritratt ma Father Christmas. Il-Christmas Village ser jkun miftuħ bejn l-10am u nofsinhar u bejn l-4pm u s-7pm. Sponsors ewlenin huma Coca Cola, Mc Donalds u Gozo Channel. Mela ejja nibdew il-festi tal-Milied b’din l-atmosfera ħelwa li ser jkun hawn fil-qalba ta’ din il-Belt Għawdxija! Għal aktar informazzjoni ikkuntatjana fuq tel: 21563344 fax: 21563355 e-mail: rabat.gozo.lc@gov.mt
Ara r-ritratti ta' Ted Attard Għafas hawn
+
Arkivju
|