Lura lejn l-Pagna Principali
Taghrif
Storja
Il-Kunsill
Il-Parrocci
Ghaqdiet
Ikkuntatjana
Il-Kunsill

 
Dahla
Membri Attwali
Minuti
Ahbarijiet
Avvizi
Government of Malta Website

Ahbarijiet

Ahbarijiet

31-12-2009

IL-KUNSILLI LOKALI F'GĦAWDEX - PIJUNIERI FIL-ĦIDMA F'DIVERSI OQSMA.

Ritratt
F'laqgħa li s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said kellu mas-Sindki, Viċi-Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi u impjegati tal-erbatax-il Kunsill Lokali f'Għawdex, huwa qassam kopja tal-liġi dwar il-Kunsilli Lokali bl-emendi li daħlu fis-seħħ fl-aħħar xahar. Fl-istess okkażjoni kull Kunsill f'Għawdex ingħata ukoll għotja ta' siġar taż-żebbuġ biex jitħawlu fil-lokalitajiet madwar Għawdex. Din l-inizjattiva ittieħdet minflok ma ntbagħtu kartolini mis-Segretarjat fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied u ta’ l-Ewwel tas-Sena.

L-Onor. Chris Said qal li s-sena 2009 kienet sena importanti ħafna għall-Kunsilli Lokali f'pajjiżna għaliex matulha ġie konkluż il-proċess ta' konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-Kunsill Lokali, tnieda dokument b'aktar minn 120 proposta u ġew diskussi u approvati mill-Parlament emendi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Sal-lum aktar minn tmenin fil-mija tal-proposti daħlu fis-seħħ. Kienet sena wkoll li rat lill-Kunsilli Lokali jingħataw aktar riżorsi finanzjarji, fejn ingħatat żieda ta' 17% fl-allokazzjoni diretta fuq is-sena ta' qabel, kif ukoll diversi riżorsi umani biex ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari appella biex il-Kunsilli Lokali kollha jimxu mal-liġi u r-regolamenti biex b'hekk jiġi żgurat li l-ħidma tajba li qed issir minn mijiet ta' Kunsilliera madwar Malta u Għawdex ma tiġix imtappna minn ftit li ma josservawx il-liġijiet li jirregolaw il-Kunsilli Lokali.

L-Onor. Chris Said ta ħarsa wkoll lejn s-sena 2010 u fisser din is-sena li ġejja bħala waħda ta' opportunitajiet kbar għall-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex. Dan għaliex barra li l-Kunsilli Lokali reġgħu ngħataw żieda diretta fl-allokazzjoni ta' 3 miljun euro (żieda oħra ta' 12% fuq din is-sena), il-Kunsilli Lokali ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn ħafna fondi speċjali f'diversi skemi li ser isiru. Tħabbar li ser ikun hemm 20 skema differenti li jvarjaw minn dawk għal attivitajiet, aċċessibilità għal kulħadd, għajnuna għal libreriji, inizjattivi soċjali, restawr ta' postijiet storiċi, xogħol fuq toroq residenzjali, inizjattivi ta' life-long learning, ko-finanzjament ta' proġetti tal-UE, skema għall-enerġija alternattiva u oħrajn.

Is-sena 2010 ser tara wkoll it-twaqqif ta' ħames kumitati reġjonali biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jaħdmu aktar mill-qrib ma’ dawk ġirien, kif ukoll 16-il lokalità żgħira ser jiġu msejħa biex jivvutaw u jeleġġu kumitat amministrattiv b’ċertu poteri li jmexxu dawn il-lokalitajiet żgħar. Is-sena 2010 ser tara wkoll it-tibdil li hemm bżonn fis-sistema tal-infurzar lokali biex din tkun għodda oħra f'idejn il-Kunsilli Lokali, biex permezz tagħha jedukaw u jġibu l-ordni fil-lokalitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari Said irringrazzja lill-Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi u impjegati għall-ħidma tagħhom li permezz tagħha qed naraw il-lokalitajiet kollha jimxu ’l quddiem. Hu faħħar ukoll il-ħidma tal-Kunsilli Għawdxin li b'mod ġenerali huma attivi ħafna fil-ħidma tagħhom u fl-applikazzjonijiet li jissottomettu għall-fondi speċjali u għall-fondi tal-UE. Infatti l-Kunsilli Lokali kienu pijunieri fejn jidħlu l-fondi tal-UE u llum qed jiġu segwiti minn ħafna Kunsilli oħra, temm jgħid Dr. Said.


DOI – 31.12.2009


Printer Friendly+ Arkivju

© 2005 Kunsill Lokali Victoria | Ċaħħad | Segretezza Personali | Mappa | Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern BWS NewMedia
Lura lejn l-Pagna Principali Version in English Lura lejn l-Pagna Principali Lura lejn l-Pagna Principali