|



20-10-2009
Avviz lill-Kunsilli Lokali mid-Direttur tal-Gvern Lokali
Lis-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi
Kunsilli Lokali
Infakkarkom li huwa illegali li xi individwu jew organizzazzjoni (inkluż Kunsilli Lokali) iwaħħlu riklami u posters ta’ attivitajiet ma’ arbli tad-dawl, ħitan u sinjali oħra tat-trasport. Ser tibda tittieħed azzjoni meta jinqabad xi ħadd iwaħħalhom. Il-Kunsilli Lokali għandhom jiġu mgħarrfa biex jinfurmaw lir-residenti u lill-għaqdiet tagħhom li mhux permess jitwaħħlu posters u riklami ma’ dawn il-postijiet u biex iżommu lura milli jagħmlu dan huma stess. Il-Kunsilli għandhom jieħdu ħsieb li ma jħallu l-ebda poster bil-logo tagħhom jidher imwaħħal b’dan il-mod. Minflok, għandhom joħolqu l-mod tagħhom kif jippromwovu dawn l-attivitajiet, per eż. permezz ta’ boards immaniġġati minnhom f’postijiet ewlenin.
Infakkarkom ukoll li Kunsill jista’ jagħti awtorizzazzjoni lil xi entità biex twaħħal avviżi (anke bi ħlas) fuq notice-boards tal-Kunsill, iżda l-ewwel il-Kunsill irid ikun għadda bye-laws li jippermettu dan. Jekk Kunsill ikun jixtieq li jagħmel tali bye-laws jista’ juża bye-laws pubblikati, jimxi skont il-proċess imsemmi fl-artikoli 35 u 36 tal-Att dwar Kunsilli Lokali u wara li jingħata l-approvazzjoni mill-Ministru u dawn jiġu pubblikati, ikun jista’ jagħmel użu minn tali bye-laws.
Tislijiet.
Natalino Attard
Director, Local Government Department for Local Government 26 Archbishop Street Valletta VLT 1443 MALTA
+
Arkivju
|