|
Drittijiet

© Kunsill Lokali Victoria, 2005
Riproduzzjoni ta’ din il-website jista’
jsir biss għal-għanijiet edukattivi u dan sakemm il-Kunsill
Lokali Victoria jiġi notifikat.
F’kaz t’entitajiet kummerċjali,
l-ebda parti min din il-website ma' tista tiġi riprodotta
mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali bil-miktub.
L-informazzjoni fuq victoria.gov.mt mhux
neċessarjament hija r-responsabbilita’ tal-Kunsill
Lokali Victoria.

Ċaħħad

Il-Kunsill Lokali Victoria qed jagħmel
kull sforz possibli sabiex kull informazzjoni fuq din il-website
tkun tajba u korretta izda fl-istess ħin ma jistax jaċċetta
responsabbilita’ għal kull telf jew u ħsara
li tista’ ssir minn uzu ta’ din l-istess informazzjoni.
Il-Kunsill Lokali Victoria ma jistax jiprovdi
assigurazzjoni ta’ kwalita’ fuq links esterni
li hemm fuq is-sit. Jekk b’xi mod fuq is-sit issib x’informazzjoni
li tikkonċernak kemm pozittivament kif ukoll negattivament
jekk jogħġbok ikkuntatja lill-Kunsill.

Segretezza
Personali

1. Il-Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza
tal-vizitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni
personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhiex volontarjament.
Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna
tinzamm fi ħdan victoria.gov.mt innifsu skond l-att dwar
il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
2. L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza
tad-Data 2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza
tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u t-taqsima
li tikkonċerna l-ħatra tal-Kummissarju tal-Protezzjoni
tad-Data u t-Tribunal ta' l-Appelli tal-Protezzjoni tad-Data
ġiet fis-seħħ mit-22 ta' Marzu 2002. Għalhekk
aħna nikkunsidraw li għandna dmir legali biex nirrispettaw
u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li nigbru
mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji
kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux
awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom
bhala vizitaturi, lil xi parti terza jew Dipartiment tal-Gvern
sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens tagħkom.
3. Informazzjoni Miġbura
Bħala vizitatur, niġbru tliet tipi
ta' nformazzjoni dwarek:
3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola dwar il-pagna ta'
"IKKUNTATJANA", aħna nuzaw l-informazzjoni
personali sottomessa fil-formola biss biex nirrispondu għall-messaġġ
tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinzammx iktar
milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa
tal-feedback tintlaħaq.
3.2 Informazzjoni dwar id-Download
Jekk taqra jew tnizzel informazzjoni mis-sit
tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħznu
l-informazzjoni li gejja li mhijiex personali: Il-webpage
jew download mitluba; Jekk it-talba kinitx ta'
suċċess jew le; Id-data u l-ħin meta int għamilt
access ghas-sit; L-indirizz ta' l-Internet tal-web site
jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt
aċċess ghas-sit; Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna
li qed tmexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verzjoni
tal-web browser tiegħek. Jekk jogħġbok innota
li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-uzu
ta' victoria.gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa
fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.
3.3 L-uzu ta' l-Informazzjoni mis-Sit
victoria.gov.mt jikkreja "cookies"
għal kull sessjoni meta inti zzur il-web site tagħna.
Dawn il-cookies jaħznu informazzjoni li hi mibgħuta
lill-browser tiegħek - flimkien ma' web page meta inti
tagħmel access għall-web page. Il-browser tiegħek
jirritorna l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju
li minnu l-cookie origina, jiġifieri victoria.gov.mt
u ebda web site iehor ma jista' jitlob din l-informazzjoni.
Meta inti tirritorna ghal victoria.gov.mt, il-cookie jerġa'
jintbgħat lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida
tiegħek.
4. Links għal Web Sites oħrajn
Is-Sit tagħna għandu numru ta' links
għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali
oħrajn. Hemm xi kazijiet, għall-benefiċċju
tal-vizitatur, fejn jista' jkun meħtieġ li aħna
noħolqu link ghal web sites oħrajn ta' organizzazzjonijiet
oħrajn wara li jinġieb permess mingħandhom rispettivament.
Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel
link għal sit ieħor, inti m'għadekx fis-sit tagħna
u ssir soġġett għall-politika privata tas-sit
il-ġdid.
5. Access ghall-Informazzjoni tiegħek
Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin
liema informazzjoni dwarek hija effettivament mizmuma, jekk
hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt
li xi affarijiet dwarek li mhumiex ezatti jiġu kkoreġuti
u meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diġa mħassra.
6. Bidliet għal din il-Politika
Privata
Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika
Privata, aħna nissostitiwxxu din il-paġna b'verzjoni
aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek
stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika
Privata" kull meta tagħmel aċċess ghall-web
site tagħna sabiex tkun konxju ta' xi tibdiliet li
jistgħu iseħħu minn zmien għal zmien.

Aċċessibilita
Għal Kulħadd

Saru l-isforzi kollha biex dan is-sit ikun
konformi mall-bzonnijiet ta' aċċessibilita għal
kulħadd u rakomendazzjonijiet ta' l-istandards taċ-CIMU
Verzjoni 3.0 biex nizguraw li dan is-sit hu aċċessibli
għal individwi bi bzonnijiet speċjali.
|