Lura lejn l-Pagna Principali
Taghrif
Storja
Il-Kunsill
Il-Parrocci
Ghaqdiet
Ikkuntatjana
Il-Kunsill

 
Dahla
Membri Attwali
Minuti
Ahbarijiet
Avvizi
Government of Malta Website

Dahla

Dahla

Il-Kunsill Lokali tal-Victoria jiltaqa’ regolarment fil-bini tal-Banca Giuratale, fit-Tokk jew Pjazza Indipendenza. Il-Banka nbniet fi zmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann fejn kienu jiltaqghu l-Gurati ta’ l-Universitas li kien il-Gvern Lokali tal-gzira. Il-bini originali sar fuq pjanta ta’ l-inginier militari Francois de Mondion u kien inawgurat mill-Gvernatur t’Ghawdex Pablo Antonio de Viguier fl-1733. Il-Banka kellha bieb tassew ornamentali li fuqu kien hemm skrizzjoni li tfakkar din l-inawgurazzjoni u emblema tal-Gvern Lokali li tnehhiet fl-1818. Fil-1875, l-Inglizi kabbru l-Banka billi bnew mill-gdid il-faccata kif nafuha llum (nofs tond). Maz-zmien, il-Banca Giuratale laqghet fiha ghadd ta’ Dipartimenti tal-Gvern. Issa qed terga’ mill-gdid tilhaq l-iskop originali taghha, dak li tilqa’ fiha il-Kunsill Lokali tal-Belt, kif ukoll xi dipartimenti tal-Gvern.

Fis-16 t’April 1994, saret l-ewwel elezzjoni ghall-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria. Minn madwar 6030 ruh, kien hemm 4535 votant irregistrat, li minnhom 25 kienu barranin. Sebgha kellhom ikunu l-Kunsilliera mahtura. Tlettax il-persuna kkuntestaw din l-ewwel elezzjoni – wiehed f’isem l-Alternattiva Demokratika, tmienja ghal Partit Nazzjonalista u erbgha Indipendenti. Total ta’ 3642 ruh jew 79.91% marru jivvutaw u l-kwota kienet ta’ 437. Telghu erba’ kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista (55.38%) u tlieta Indipendenti (42.56%). L-Alternattiva Demokratika gabet 72 vot (2.06%). L-ewwel laqgha saret fid-9 ta’ Mejju 1994 u l-Kunsilliera ghazlu lis-Sur Victor Galea Pace bhala l-ewwel Sindku tal-Belt Victoria u lill-Perit Joe Dimech bhala Vici Sindku. Fl-1996 Victor Galea Pace rrezenja billi fl-14 ta’ Dicembru ta’ dik is-sena kien elett fil-Parlament u postu bhala Sindku hadu l-Perit Joe Dimech waqt li Paul Galea nhatar Vici Sindku.

L-Ewwel Kunsill

Fl-1997, sewwa sew fit-8 ta’ Marzu, saret it-tieni elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Minn popolazzjoni ta’ madwar 6494 ruh, kien hemm 4648 ruh li setghu jivvutaw li minnhom 46 kienu barranin. 13-il kandidat ikkontestaw l-elezzjoni. Total ta’ 3675 persuna jew 79.07% marru jivvutaw filwaqt li l-kwota kienet 447. Fit-tieni Kunsill telghu erba’ kandidati nazzjonalisti (55.07%) u tlieta Indipendenti (44.93%). Il-Kunsill gie ffurmat kif gej: Pawlu Galea bhala Sindku u Fredrick Azzopardi Vici Sindku. Fit-8 t’Ottubru 1998, is-Sur Paul M Cassar lahaq Vici Sindku flok Fredrick Azzopardi li gie elett fil-kamra tad-Deputati. L-ewwel laqgha ta’ dan il-Kunsill Lokali saret fl-1 t’April 1997.

It-Tieni Kunsill

It-tielet elezzjoni saret fil-11 ta’ Marzu 2000. Minn popolazzjoni ta’ madwar 6552, 4725 kienu rregistrati bhala votanti li minnhom 55 kienu barranin. Tnax-il kandidat ikkontestaw din l-elezzjoni. 3676 persuna jew 77.80% tefghu l-vot taghhom u l-kwota kienet 460. Erba’ kandidati Nazzjonalisti (59.25%) u tlieta tal-Partit Laburista (40.75%) kienu eletti f’dan il-Kunsill li ltaqa’ ghall-ewwel darba fit-3 t’April 2000. Kienu eletti s-Sinjuri Paul M Cassar bhala Sindku u Josef Schembri bhala Vici Sindku. Il-membri l-ohra eletti kienu Victor Camilleri, Spiro Formosa, Joseph Debrincat, Vivienne Galea Pace u Dr Anton Tabone LL.D.

It-Tielet Kunsill

Ir-raba’ elezzjoni saret fit-8 ta’ Marzu ta’ l-2003 u minn popolazzjoni ta’ madwar 6,600 kien hemm 5173 votant irregistrat. Disa’ kandidati hargu ghal din l-elezzjoni. Marru jivvutaw 4566 jew 88%. Voti validi kien hemm 4237 u l-kwota kienet ta’ 530. Hames kandidati Nazzjonalisti (65.3%) u tnejn mill-Labour Party (37.7%) kienu eletti. Dan ir-raba’ Kunsill iltaqa’ ghall-ewwel darba nhar l-4 t’April 2003 u l-Kunsillieri eletti kienu s-Sinjura Vivienne Galea Pace (Sindku) u Josef Schembri (Vici Sindku). Il-bqija tal-membri kienu Samuel Azzopardi, Victor Camilleri, Joe Debrincat, Anton Hili u Dr Anton Tabone LL.D li wara rrizenja u postu hadu s-Sur Carmel Theuma.

Ir-Raba Kunsill

Il-Hames elezzjoni saret fil-11 ta’ Marzu ta’ l-2006 u minn popolazzjoni ta’ madwar 6,600 kien hemm 5456 votant irregistrat. Ghaxar kandidati ikkontestaw din l-elezzjoni. Harrgu jivvutaw 3899 jew 71.5%) ta’ dwak eligibbli. Voti validi kien hemm 3550 u l-kwota kienet ta’ 444. Erba’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista (53.1%) u tlieta mill-Partit Laburista Labour (38%) kienu eletti. Il-Kunsillieri eletti kienu s-Sur Robert Tabone bhala Sindku, is-Sur Victor Galea Pace bhala Vici Sindku, flimkien mas-Sur Joe Debrincat, is-Sur Josef Schembri, is-Sinjura Josephine Cassar, is-Sur Marcell Tabone u s-Sur Michael Buttigieg bhala Kunsilliera.

Ir-Raba Kunsill

Is-Sitt elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria saret fis-6 ta’ Gunju 2009. Ghaxar kandidati ikkontestaw dina l-elezzjoni, sitta ghan-nom tal-Partit Nazzjonalista (PN) u erbgha f’ isem il-Partit Laburista (PL).  Minn popolazzjoni ta’ 7,888 ruh kien hemm 5679 votant irregisrat u 4530 ezercitaw id-dritt tal-vot.  Il-voti registrati bhala validi kienu 4265 u konsegwetament il-kwota kienet ta’ 534 vot.  L-elezzjoni ntrebhet mill-Partit Nazzjonalista li ottjena 2489 vot (58.4%) waqt li l-Partit Laburista gab 1776 vot (41.6%).  Dan ir-rizultat issarraf f’ erbgha siggijiet ghall-Partit Nzzjonalista u tlieta ghal Partit Laburista. 

Il-Kunsilliera eletti kienu: l-avukat Samuel Azzopardi li gab l-ikbar ammont ta’ voti u ghaldaqstant gie elett bhala Sindku; warajh gie elett Robert Tabone li ghaldaqstant gie elett bhala Vici-Sindku; it-tielet kunsillier elett kien it-tabib Michael Portelli, ir-raba kunsillier elett kien Joseph Debrincat; il-hames kunsillier elett kien Marcell Tabone; is-sitt kunsillier elett kien Michael (Michel) Buttigieg u s-seba` kunsillier elett kien Josef Schembri.

Fit-30 ta’ Gunju 2009 inhata l-gurament tal-hatra lis-seba kunsilliera gewwa l-Ufficju tal-Prim Ministru fil-Berga ta’ Kastilja. Fl-ewwel laqgha tal-Kunsill li saret fl-1 ta’ Lulju 2009 is-Sindku u l-Vici-Sindku accettaw u hadu l-gurament tal-karigi rispettivi taghhom.

Permezz ta’ ittra datata 16 ta’ Lulju 2009 u indirizzata lis-Segretarja tal-Kunsill Miriam Attard,  irrizenja Robert Tabone minn Vici-Sindku u kunsillier u konsegwenza ta’ hekk rega nfetah il-process elettorali.  Fl-24 ta’ Lulju 2009 saret laqgha tal-Kunsill fejn fiha s-Sindku ressaq mozzjoni sabiex skond il-Ligi jinhatar bhala Vici-Sindku Marcell Tabone, liema mozzjoni ghaddiet unanimament. Marcell Tabone accetta n-nomina u ha l-gurament tal-kariga.

Fis-17 ta’ Awwissu 2009 saret l-elezzjoni kazwali u gie elett bhala kunsillier Carmel Theuma li ha l-gurament tal-hatra nhar it-18 ta’ Awwissu 2009.

 

© 2005 Kunsill Lokali Victoria | Ċaħħad | Segretezza Personali | Mappa | Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern BWS NewMedia
Lura lejn l-Pagna Principali Version in English Lura lejn l-Pagna Principali Lura lejn l-Pagna Principali