Lura lejn l-Pagna Principali
Taghrif
Il-Kunsill
Il-Parrocci
Ghaqdiet
Ikkuntatjana
Storja

 
Dahla
Ir-Rabat isir Belt
Popolazzjoni
Dati Importanti
Government of Malta Website

Dahla

Dahla

Ic-Cittadella, imqieghda propju fic-centru tal-gzira hija meqjusa bhala l-gawhra t’Ghawdex. Huwa possibbli li setghet kienet ic-centru ta’ l-attivita’ kollha sa minn zmien il-Preistorja, jigifieri madwar 7,000 sena ilu meta l-arcipelagu Malti kien abitat ghall-ewwel darba minn nies li gew hawn minn Sqallija. Fil-1960 f’naha ta’ Pjazza Indipendenza thaffer kanal fond madwar 3.70 metri li tefa’ dawl fuq il-qedem tal-Belt Ghawdxija li jmur lura lejn zmien il-Bronz (1500 – 700QK).

Fis-sena 700 QK, gziritna waqghet f’idejn il-Fenici u l-Kartaginizi. Mit-thaffir tal-gandott li semmejna aktar ‘l fuq, ma harget l-ebda ndikazzjoni li seta’ kien hemm xi bini, izda hija haga certa li l-Belt kienet abitata fi zmien il-Fenici. Fdalijiet punici nstabu bejn Triq Vajringa u Pjazza San Frangisk.

Fis-sena 218QK, fil-bidu tat-tieni gwerra Punika, r-Rumani ghamlu lil Ghawdex Municipju ndipendenti minn Malta, repubblika bil-muniti ghaliha. Fit-Tokk kien hemm xi struttura Rumana. Fit-thaffir li sar hawnhekk inkixfet kantina b’garar ta’ l-inbid vojta. Huwa fatt li Belt Rumana maz-zmien zviluppat fil-Victoria maghrufa bhala ‘Gaulos Oppidum’ – il-Belt ta’ Ghawdex. Instabu fdalijiet taghha f’pedamenti ta’ djar Rumani u xi oqbra barra mill-hitan tal-Belt. It-truf taghha huma fi Triq Palma, Triq Vajringa u fejn illum insibu Triq Santa Marija u l-Mandragg.

Anke’ taht il-Bizantini (535 – 870), ic-Cittadella u r-Rabat baqghu jzidu fl-abitanti li ma jidherx li hadu xi inizjattivi specjali. F’dak l-istess gandott fl-inhawi ta’ Pjazza Indipendenza kienu nstabu wkoll lampi taz-zejt tas-Seklu 5. Kien tard matul il-hakma Gharbija (870 – 1127) illi l-Belt ta’ Ghawdex hadet l-isem ta’ Rabat.

Kienu n-Normanni li temmew il-hakma Gharbija f’Ghawdex fis-sena 1091. Warajhom gew is-Svevi (1194), l-Angevini (1266) u mbaghad waslu fostna l-Aragonizi (1282). Fil-kastell il-popolazzjoni bil-mod bdiet tizdied. Dan jissemma f’rapport ta’ l-1241 li juri li kien l-uniku post ta’ kenn li stajt tafda fih. Anke c-Cimiterju tar-Rabat fl-inhawi ta’ Pjazza Sant’ Wistin huwa prova taz-zieda ta’ l-abitanti fil-Victoria. Xi fdalijeit imorru lura lejn is-sena 1270 meta konna taht l-Angevini. Fis-sena 1435, fic-Cittadella konna diga nsibu l-Matrici, il-knisja ddedikata lil Marija Mtellgha fis-sema. Mill-banda l-ohra, fir-Rabat insibu li kien hemm tlett knejjes ohra; dik iddedikata lil San Gorg, dik iddedikata lil Santa Marija ta’ Savina u l-knisja ta’ San Gakbu.

Ftit li xejn nistghu nghidu li nbidlu c-Cittadella u r-Rabat mal-wasla tal-Kavallieri ta’ San Gwann fl-1530. F’Lulju tas-sena 1551, Ghawdex nistghu nghidu li sofra l-aghar Assedju fl-istorja tieghu. Kwazi l-popolazzjoni kollha tkaxkret fil-jasar. Izda f’Settembru 1554, il-Matrici regghet bdiet tiffunzjona, u r-Rabat ghal mument gie abbandunat u wara xi ftit snin rega’ beda’ jiehu l-hajja.

Fl-1599, kien rega’ beda x-xoghol biex jinbena l-Kastell taht id-direzzjoni ta’ Giovanni Rinaldini. Fl-1603, Vittorio Cassar, inginier Militari Malti kien inkarigat biex jiehu hsieb dan ix-xoghol li kien diga dahal fi stadju avanzat.

Biex tidhol fil-kastell ridt tghaddi minn fuq pont tal-gebel minn misrah it-Tokk; kien hemm ukoll pont iehor li kien jitla’ u jinzel bl-ilma ghaddej minn tahtu dawramejt.

Sal-15 t’April 1637, l-Ghawdxin kienu obbligati bil-ligi li jghaddu l-lejl ‘l gewwa mis-swar, izda mbaghad, bil-mod il-mod, in-nies bdiet tghix fil-bqija tar-Rabat.

Bejn Gunju u Ottubru 1798, konna taht il-Francizi, imbaghad sibna ruhna b’rajna f’idejna ghal wiehed u ghoxrin xahar, sakemm fil-1800, il-gzejjer Maltin ghaddew taht idejn l-Inglizi. Fis-16 ta’ Settembru ta’ l-1864, Ghawdex sar Djocesi ghalih, maqtugh minn Malta wara li stinkaw u hadmu bi shih Don Pietro Pace u Sir Adriano Dingli. Fil-21 ta’ Settembru 1964, Malta u Ghawdex saru Indipendenti u fit-13 ta’ Dicembru 1974 kienu ddikjarati Repubblika.

© 2005 Kunsill Lokali Victoria | Ċaħħad | Segretezza Personali | Mappa | Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern BWS NewMedia
Lura lejn l-Pagna Principali Version in English Lura lejn l-Pagna Principali Lura lejn l-Pagna Principali